Language of document : ECLI:EU:T:2015:645





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-18 ta’ Settembru 2015 –
Oil Pension Fund Investment Company vs Il‑Kunsill

(Kawża T‑121/13)

“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bl-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari – Iffriżar ta’ fondi – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Proporzjonalità – Dritt għall-proprjetà – Modulazzjoni tal-effetti ratione temporis ta’ annullament

1.                     Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Miżuri meħuda fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari – Portata tal-istħarriġ – Esklużjoni tal-elementi li tressqu għall-konjizzjoni tal-istituzzjoni wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 20(1)(c), u 2012/829/PESK, Artikolu 1; Regolamenti tal-Kunsill Nru 267/2012, Artikolu 23(2)(d), u Nru 1264/2012) (ara l-punti 32-34, 40)

2.                     Rikors għal annullament – Sentenza ta’ annullament – Effetti – Annullament parzjali ta’ regolament u ta’ deċiżjoni li jikkonċernaw l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra l-Iran – Bidu ta’ effett ta’ dan l-annullament mill-iskadenza tat-terminu ta’ appell u taċ-ċaħda tiegħu (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 264 TFUE u Artikolu 266 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 20(1)(c), u 2012/829/PESK, Artikolu 1; Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, Artikolu 23(2)(d), u Nru 1264/2012) (ara l-punti 44, 45, 47‑50)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 71), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 55), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, hija annullata sa fejn tinkludi l-isem ta’ Oil Pension Fund Investment Company fil-lista li tidher fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK.

2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, huwa annullat sa fejn jinkludi l-isem ta’ Oil Pension Fund Investment Company fil-lista li tidher fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010.

3)

L-effetti tad-Deċiżjoni 2012/829 u tar-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 1264/2012 għandhom jinżammu sa fejn jikkonċernaw lil Oil Pension Fund Investment Company, sad-data ta’ skadenza tat-terminu għall-preżentata ta’ appell imsemmi fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew, jekk jiġi ppreżentat appell f’dan it-terminu, sa meta l-appell jiġi miċħud.

4)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Oil Pension Fund Investment Company.