Language of document : ECLI:EU:T:2010:428





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2010 – Deutsche Behindertenhilfe – Aktion Mensch vs UASI (diegesellschafter.de)

(Kawża T-47/09)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali diegesellschafter.de – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 29, 49, 50)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta’ Novembru 2008 (Każ R 1094/2008-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali diegesellschafter.de bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Deutsche Behindertenhilfe – Aktion Mensch eV

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali diegesellschafter.de għas-servizzi fil-klassijiet 35 u 41 –Applikazzjoni Nru 4606372

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Deutsche Behindertenhilfe – Aktion Mensch eV hija kkundannata għall-ispejjeż.