Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Lulju 2010 - Il-Kummissjoni vs Antiche Terre

(Kawża T-51/09) 1

"Klawżola ta' arbitraġġ − Programm għall-promozzjoni ta' teknoloġiji ta' enerġija għall-Ewropa (Thermie) − Kuntratt għall-proġett ta' kostruzzjoni f'Umbertide (l-Italja) ta' impjant tal-ġenerazzjoni ta' enerġija elettrika permezz ta' teknoloġija ġdida ta' ħruq tal-biomassa agroforestali − Tibdil sostanzjanali tal-kundizzjonijiet ta' eżekuzzjoni tal-kuntratt − Xoljiment − Rimbors tas-somom imħallsa − Interessi "

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Joris, aġent, assistit minn A. dal Ferro, avukat)

Konvenuti: Antiche Terre Soc. coop. rl Società Agricola Cooperativa (Arezzo, l-Italja) (rappreżentanti: L. Defalque u P. Van Leynseele, avukati)

Suġġett

Rikors ppreżentat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 238 KE, intiża sabiex Antiche Terre tiġi kkundannata għar-rimbors tas-somom imħallsa mill-Komunità Ewropea b'implementazzjoni tal-kuntratt BM/188/96, tat-23 ta' Diċembru 1996, konkluż ma' tliet kumpanniji, fosthom Antiche Terre, fil-kuntest tal-programm Thermie.

Dispożittiv

Antiche Terre Soc. coop. Rl Soċietà Cooperativa hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni s-somma ta' EUR 479 332.40, miżjuda bl-interessi skont ir-rata legali Taljana, ikkalkolati skond ir-rati fis-seħħ mil-4 ta' Jannar 2004 u sal-jum tal-ħlas kollu tad-dejn, wara tnaqqqis tas-somma ta' EUR 461 979 irkuprata mill-Kummissjoni wara l-ħlas, fil-25 ta' Jannar 2005 lilha, tal-garanzija bankarja li l-Kummissjoni kienet il-benefiċjarja tagħha.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Antiche Terre hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 82, 04.04.2009.