Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Ġunju 2015 – Luxembourg Pamol (Cyprus) u Luxembourg Industries vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-578/13) 1

(“Rikors għal annullament – Prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti – Pubblikazzjoni ta’ dokumenti li jikkonċernaw l-iskrizzjoni ta’ sustanza attiva – Ċaħda tat-talba maħsuba sabiex jinkiseb l-ipproċessar kunfidenzali ta’ ċerta informazzjoni – Assenza ta’ imputabbiltà tal-att ikkontestat lill-parti konvenuta – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Luxembourg Pamol (Cyprus) Ltd Industries (Nikosija, Ċipru); u Luxembourg Industries Ltd (Tel-Aviv, l-Iżrael) (rappreżentanti: C. Mereu u K. van Maldegem, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. von Rintelen u P. Ondrůšek, aġenti)

SuġġettTalba għall-annullament tad-deċiżjoni, ikkomunikata bl-ittra tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) tat-8 ta’ Ottubru 2013, li tippubblika ċerti partijiet mid-dokumenti li fir-rigward tagħhom ir-rikorrenti kienu talbu l-kunfidenzjalità.DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.Luxembourg Pamol (Cyprus) Ltd u Luxembourg Industries Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.