Language of document : ECLI:EU:F:2013:71

DIGRIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU
TAL-UNJONI EWROPEA

(It‑Tieni Awla)

4 ta’ Ġunju 2013

Kawża F‑89/12

Stefania Marrone

vs

Il‑Kummissjoni Ewropea

“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Ħatra — Prinċipju ta’ ekwivalenza tal-karrieri — Klassifikazzjoni fi grad skont regoli ġodda inqas favorevoli — Talba għal klassifikazzjoni mill-ġdid — Tardività — Fatti ġodda — Assenza — Inammissibbiltà manifesta”

Suġġett:      Rikors, ippreżentat skont l-Artikolu 270 TFUE, applikabbli għat-Trattat KEEA bis-saħħa tal-Artikolu 106a tiegħu, li permezz tiegħu S. Marrone titlob l-annullament tad-deċiżjoni adottata fl-10 ta’ Mejju 2012 mill-Awtorità tal-Ħatra (iktar ’il quddiem l-“AIPN”) li tiċħad l-ilment tagħha, kif ukoll, sa fejn ikun meħtieġ, l-annullament tad-deċiżjoni tal-21 ta’ Novembru 2011, li tiċħad it-talba tagħha tad-29 ta’ Ġunju 2011, li kienet intiża prinċipalment sabiex il-Kummissjoni Ewropea tikkostitwixxi mill-ġdid il-karriera tagħha mill-1 ta’ Mejju 2004.

Deċiżjoni:      Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. S. Marrone għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Sommarju

1.      Rikors tal-uffiċjali — Ilment amministrattiv li għandu jitressaq qabel — Termini — Dekadenza — Ftuħ mill-ġdid — Kundizzjoni — Fatt ġdid u sostanzjali

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

2.      Rikors tal-uffiċjali — Interess ġuridiku — Neċessità ta’ lmenti personali

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 91)

1.      L-eżistenza ta’ fatti ġodda u sostanzjali biss tista’ tiġġustifika t-tressiq ta’ talba għall-eżami mill-ġdid ta’ deċiżjoni li ma tkunx ġiet ikkontestata fit-termini.

(ara l-punt 25)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 15 ta’ Mejju 1985, Esly vs Il‑Kummissjoni, 127/84, punt 10

2.      Uffiċjal ma huwiex awtorizzat jaġixxi fl-interess tal-liġi u jista’ jinvoka biss ilmenti li jikkonċernaw lilu personalment.

(ara l-punt 27)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 21 ta’ Jannar 1987, Stroghili vs Il‑Qorti tal-Awdituri, 204/85, punt 9

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku: 23 ta’ Jannar 2007, Chassagne vs Il‑Kummissjoni, F‑43/05, punt 100, u l-ġurisprudenza ċċitata