Language of document : ECLI:EU:T:2015:291





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-19 ta’ Mejju 2015 — Diputación Foral de Bizkaia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑397/12)

“Għajnuna mill-Istat — Kostruzzjoni — Għajnuna tal-awtoritajiet Spanjoli favur il-kumpannija Habidite — Ftehim konklużi bil-għan li tiġi stabbilita fabbrika ta’ manifattura ta’ moduli ta’ kostruzzjoni u li jiġu kkunsinnati abitazzjonijiet modulari prodotti minn din il-fabbrika — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna illegali — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq intern — Nuqqas ta’ notifika bil-quddiem — Drittijiet tad-difiża — Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Għajnuna mir-riżorsi tal-Istat (Artikolu 107(1) TFUE u 108 TFUE) (ara l-punti 31, 32)

2.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Sistema ġenerali ta’ għajnuna approvata mill-Kummissjoni — Għajnuna individwali li tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis tas-sistema msemmija — Determinazzjoni — Data tal-att legalment vinkolanti li torbot lill-awtorità nazzjonali kompetenti biex tagħti l-għajnuna (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punti 33, 42, 43)

3.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Eżami mill-Kummissjoni — Proċedura amministrattiva — Obbligu tal-Kummissjoni li tpoġġi lill-persuni interessati, u b’hekk lill-entitajiet infrastatali li jħallsu, f’intimazzjoni biex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom — Limiti (Artikolu 108(2) TFUE) (ara l-punti 53-57, 63, 64)

4.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali ta’ miżura statali kklassifikata provviżorjament bħala għajnuna ġdida — Obbligu ta’ motivazzjoni — Portata (Artikolu 108(2) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 6) (ara l-punt 58)

5.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Eżami mill-Kummissjoni — Deċiżjoni ta’ bidu tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali stabbilita fl-Artikolu 108(2) TFUE — Evoluzzjoni tal-pożizzjoni tal-Kummissjoni fl-aħħar tal-proċedura — Diverġenza bejn id-deċiżjoni ta’ ftuh u d-deċiżjoni finali — Ammissibbiltà (Artikolu 108(2) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 7) (ara l-punti 59, 60, 65)

6.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata (Artikolu 296 TFUE) (ara l-punti 68, 69)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 4194 finali, tas-27 ta’ Ġunju 2012, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28356 (C 37/2009) (ex N 226/2009).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Diputación Foral de Bizkaia hija kkundannata għall-ispejjeż.