Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta' Jannar 2008 - Evets vs L-UASI (DANELECTRO)

(Kawża T-20/08)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evets Corporation (Irvine, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Ryan, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tal-parti rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni R 603/2007-4 tar-Raba' Bord ta' l-Appell tal-5 ta' Novembru 2007;

tiddikjara, minflok, li l-applikazzjoni għal restitutio in integrum saret fit-termini previsti fl-Artikolu 78(2);

tordna li l-każ jintbagħat lura lir-Raba' Bord ta' l-Appell sabiex tiġi ttrattata l-kwistjoni fil-mertu dwar jekk itteħditx l-attenzjoni kollha meħtieġa għat-tiġdid tat-trade mark ikkonċernata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark Komunitarja verbali "DANELECTRO" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 15 - applikazzjoni Nru 117 937

Deċiżjoni tad-Diviżjoni Legali u ta' l-Amministrazzjoni tat-Trade Marks: Ċaħdet l-applikazzjoni għal restitutio in integrum u ddikjarat it-trade mark bħala li ġiet ikkanċellata

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħad l-appell u ddikjara l-applikazzjoni għal restitutio in integrum bħala li ma ġietx ippreżentata

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 78(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94.

Ir-rikorrenti tissottometti li l-kwistjoni ta' l-osservanza tat-terminu ta' xahrejn, stipulat mid-dispożizzjoni hawn fuq iċċitata, għall-preżentata ta' l-applikazzjoni għat-tiġdid ta' reġistrazzjoni ta' trade mark u għall-ħlas tad-drittijiet ta' tiġdid, ma kinitx tifforma parti mill-appell. Fil-każ li l-Qorti tal-Prim'Istanza tiddeċiedi li l-Bord ta' l-Appell ġustament eżamina din il-kwistjoni, ir-rikorrenti targumenta, b'mod sussidjarju, li t-terminu ta' żmien ġie kkalkulat b'mod żbaljat.

____________