Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta' Jannar 2008 - Weldebräu vs L-UASI - Kofola Holding (Forma ta' flixkun)

(Kawża T-24/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Weldebräu GmbH & Co. KG (Plankstadt, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Göpfert, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Kofola Holding a.s. (Ostrava, ir-Repubblika Ċeka)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell tal-15 ta' Novembru 2007, Każ R 1096/2006-4;

tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Kofola Holding a.s.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali "Forma ta' flixkun" għal prodotti fil-klassijiet 21, 32 u 33 (applikazzjoni Nru 3 367 539).

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokati in sostenn ta' l-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokati in sostenn ta' l-oppożizzjoni: it-trade mark tridimensjonali "Forma ta' flixkun" għal prodotti fil-klassijiet 21, 32 u 33 (trade mark Komunitarja Nru 690 016).

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: ċaħda ta' l-oppożizzjoni.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħda tar-rikors.

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/941, minħabba li teżisti probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks in kwistjoni.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, , dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1)