Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' Jannar 2008 - Laboratórios Wellcome de Portugal Lda vs L-UASI - Serono Genetics Institute (FAMOXIN)

(Kawża T-26/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Laboratorios Wellcome de Portugal Lda (Algés, il-Portugall) (rappreżentant: R. Gilbey, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Serono Genetics Institute SA (Evry, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI ta' l-20 ta' Novembru 2007 (Kawża R 10/2007-1) u tiddikjara fondata t-talba għal annullament imressqa mill-appellanti;

tannulla kull ordni għall-ħlas ta' l-ispejjeż magħmul kontra l-appellanti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern u tikkundanna lil dan ta' l-aħħar għall-ispejjeż ta' l-appellanti.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal annullament: It-trade mark "FAMOXIN" għal prodotti u servizzi tal-klassi 5 - Trade mark Komunitarja Nru 2 491 298

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Serono Genetics Institute SA

Parti li qed titlob l-annullament tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob l-annullament: It-trade mark nazzjonali "LANOXIN" għal prodotti tal-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta' annullament

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Tiċħad l-appell

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikoli 8(1)(b), 52 u 56(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, peress li l-Bord ta' l-Appell qies li t-trade mark preċedenti kienet użata għal "preparazzjonijiet farmaċewtiċi bid-digoxin għall-mard kardjovaskolari" u mhux "preparazzjonijiet farmaċewtiċi bid-digoxin" u peress li evalwa b'mod żbaljat il-pubbliku rilevanti, il-livell ta' attenzjoni tal-partijiet differenti tal-pubbliku rilevanti u x-xebh tat-trade marks u l-prodotti in kwistjoni.

____________