Language of document : ECLI:EU:T:2013:146





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Marzu 2013 — Bimbo vs UASI — Café do Brasil (Caffè KIMBO)

(Kawża T‑277/12)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Caffè KIMBO — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti BIMBO — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Trade mark magħrufa sew fis-sens tal-Artikolu 6a tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi — Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah magħrufa sew fi Stat Membru — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade mark figurattiva Caffè KIMBO u trade mark BIMBO (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b u (2)(c)) (ara l-punti 25, 55, 58, 59)

2.                     Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Eżami ex officio tal-fatti — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Eżami limitat għall-motivi invokati (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 76(1)) (ara l-punt 26)

3.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Appelli quddiem il-Bordijiet tal-Appell — Kompetenza tal-Bordijiet tal-Appell (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 64(1)) (ara l-punti 38, 39)

4.                     Trade mark Komunitarja — Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju — Rispett tad-drittijiet tad-difiża — Portata tal-prinċipju (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 75) (ara l-punt 45)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Mejju 2012 (Każ R 1017/2011‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bimbo, SA u Café do Brasil SpA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Bimbo, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.