Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta' Settembru 2011 - Ahoua-N'Guetta et vs Il-Kunsill

(Kawża T-193/11) 1

("Politika barranija u ta' sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda minħabba s-sitwazzjoni tal-Côte d'Ivoire - Rikors għal annullament - Nuqqas ta' azzjoni min-naħa tar-rikorrent - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Timothée Ahoua-N'Guetta (Abidjan, il-Côte d'Ivoire), Jacques André Monoko Daligou (Abidjan), Bruno Walé Ekpo (Abidjan), Félix Tano Kouakou (Abidjan), Hortense Sess (Abidjan); u Joséphine Suzanne Ebah (Abidjan) (rappreżentant: J.-C. Tchikaya, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u M. Chavrier, aġenti)

Suġġett

Talba għal annnullament, minn-naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK, tal-14 ta' Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire (ĠU L 11, p. 36) u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 25/2011, tal-14 ta' Jannar 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s sitwazzjoni fil-Côte d'Ivoire (ĠU L 11, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

Timothée Ahoua-N'Guetta, Jacques André Monoko Daligou, Bruno Walé Ekpo, Félix Tano Kouakou, u Hortense Sess u Joséphine Suzanne Ebah huma kkundannati għall-ispejjeż.

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent imressqa mill-Kummissjoni Ewropea u mir-Repubblika tal-Côte d'Ivoire.

____________

1 - ĠU C 152, 21.05.2011.