Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2014 – Mikhalchanka vs Il-Kunsill

(Kawżi magħquda T-196/11 u T-542/12) 1

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Bjelorussja – Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Restrizzjonijiet għad-dħul fit-territorju tal-Unjoni u għat-tranżitu minnu – Inklużjoni u żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista tal-persuni kkonċernati – Ġurnalist – Rikors għal annullament – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Inammissibbiltà parzjali – Drittijiet tad-difiża – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball ta’ evalwazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Aliaksei Mikhalchanka (Minsk, il-Bjelorussja) (rappreżentant: M. Michalauskas, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: fil-Kawża T-196/11, F. Naert u M.-M. Joséphidès u, fil-Kawża T-542/12, F. Naert u J.-P. Hix, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/69/PESK, tal-31 ta’ Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja (ĠU L 28, p. 40), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 84/2011, tal-31 ta’ Jannar 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-President Lukashenko u ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja (ĠU L 28, p. 17), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/174/PESK, tal-21 ta’ Marzu 2011, li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja (ĠU L 76, p. 72), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 271/2011, tal-21 ta’ Marzu 2011, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-President Lukashenko u ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja (ĠU L 76, p. 13), u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU L 285, p. 1), tar-Regolament tal-Kunsill (EU) Nru 1014/2012, tas-6 ta’ Novembru 2012, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU L 307, p. 1), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1017/2012, tas-6 ta’ Novembru 2012, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU L 307, p. 7), sa fejn dawn l-atti kollha jikkonċernaw lir-rikorrent.DispożittivHuma annullati, sa fejn jikkonċernaw lil A. Mikhalchanka:–    id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/69/PESK, tal-31 ta’ Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja;–    id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/174/PESK, tal-21 ta’ Marzu 2011, li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja;–    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 271/2011, tal-21 ta’ Marzu 2011, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-President Lukashenko u ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja;–    id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja;–    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1017/2012, tas-6 ta’ Novembru 2012, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja.Ma hemmx lok li tintlaqa’ t-talba tal-Kunsill li jinżammu l-effetti ratione temporis tal-atti kkontestati.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn A. Mikhalchanka.

____________

____________

1 ĠU C 165, 09.0