Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2024 – Polaroid IP vs EUIPO – Klimeck (Rappreżentazzjoni ta’ kwadru f’rettangolu)

(Kawża T-591/22) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta kwadru f’rettangolu – Raġuni assoluta ta’ invalidità – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Polaroid IP BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: G. Vos, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Raponi u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Thomas Klimeck (Kevelaer, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Tenkhoff u T. Herzog, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-30 ta’ Ġunju 2022 (Każ R 1646/2021-4).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Polaroid IP BV hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 441, 21.11.2022.