Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2024 – VP vs Cedefop

(Kawża T-563/22) 1

(“Servizz pubbliku – Aġenti temporanji – Kuntratt għal żmien determinat – Nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt għal żmien indeterminat – Artikolu 266 TFUE – Deċiżjoni adottata fl-eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali – Miżuri involuti fl-eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ annullament”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: VP (rappreżentant: L. Levi, avukata)

Konvenut: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (rappreżentanti: A. Guillerme, T. Bontinck u L. Burguin, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrenti titlob, l-ewwel, l-annullament tad-deċiżjoni tad-Direttur Eżekuttiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) tas-17 ta’ Diċembru 2021 u tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell taċ-Cedefop tas-17 ta’ Ġunju 2022 u, it-tieni, il-ħlas ta’ kumpens ta’ EUR 100 000 għad-dannu morali li hija tqis li ġarrbet.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

VP għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti miċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop).

____________

1     ĠU C 424, 7.11.2022.