Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Frar 2024 – Ciar vs EUIPO – Motion (Dispożittiv ta’ movimentazzjoni)

(Kawża T-100/22) 1

(“Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Ciar SpA (Pesaro, l-Italja) (rappreżentanti: L. Goglia, S. Lavagnini u B. Villa, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Nicolás Gómez u R. Raponi, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Motion SpA (Forlì, l-Italja) (rappreżentanti: S. Corona u G. Ciccone, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha skont l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-9 ta’ Diċembru 2021 (Każ R 50/2017-3).

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

Ciar SpA u Motion SpA huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom stess, kif ukoll, kull waħda, nofs l-ispejjeż tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

____________

1     ĠU C 148, 4.4.2022.