Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2024 – Quatrotec Electrónica vs EUIPO – Woxter Technology (WOXTER)

(Kawża T-792/22) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea WOXTER – Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Ammissibbiltà tal-provi mressqa għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell – Prova tal-użu ġenwin – Evalwazzjoni tal-provi”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Quatrotec Electrónica, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: I. Valdelomar Serrano, J. L. Rodríguez Fuensalida y Carnicero, P. Ramells Higueras, A. Figuerola Moure u P. Muñoz Moreno, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Woxter Technology Co. Ltd (Causeway Bay, Hong Kong, iċ-Ċina)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament u l-bidla tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-28 ta’ Settembru 2022 (Każ R 323/2022-4).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Quatrotec Electrónica, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 45, 6.2.2023.