Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta' Lulju 2010 - Marcuccio vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża T-401/09) 1

"Rikors għal annullament − Caħda mill-Qorti tal-Ġustizzja ta' talba għad-danni − Rikors għad-danni − Notifika ta' appell lir-rappreżentant preċedenti tar-rikorrent - Nuqqas ta' dannu − Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt"

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja (rappreżentant: A. Placco, aġent)

Suġġett

Minn naħa, rikors għall-annullament tal-allegati deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja li jiċħdu t-talba għal kumpens għad-dannu li jirriżulta minn allegata irregolarità mwettqa waqt in-notifika lil Luigi Marcuccio tal-appell fil-kuntest tal-Kawża T-20/09 P u, min-naħa l-oħra, rikors għad-danni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Luigi Marcuccio huwa kkunndannat għall-ispejjeż.

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent tal-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 - ĠU C 297, 05.12.2009.