Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2017 – younique vs EUIPO – Jafer Enterprises R&D (younique products)

(Kawża T-434/17)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: younique LLC (Utah, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Edenborough, QC)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Jafer Enterprises R&D, SLU (Granollers, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-elementi verbali “younique products” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 191 504

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ April 2017 fil-Każ R 1564/2016-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenut iħallas lir-rikorrenti l-ispejjeż marbuta ma’ u kkawżati minn dan ir-rikors, kif ukoll dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell; b’mod alternattiv, fil-każ li l-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell tersaq bħala intervenjenti, tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra in solidum iħallsu lir-rikorrenti l-ispejjeż marbuta ma’ u kkawżati minn dan ir-rikors, kif ukoll dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, sa fejn il-Bord tal-Appell wettaq żball fir-rigward tal-livell ta’ attenzjoni tal-konsumatur rilevanti u fir-rigward tax-xebh bejn it-trade marks ikkonċernati.

____________