Language of document : ECLI:EU:T:2019:610


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Settembru 2019 – L-Irlanda u Aughinish Alumina vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-129/07 u T-130/07)

“Għajnuna mill-Istat – Direttiva 2003/96/KE - Dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali - Żjut minerali użati bħala kombustibbli għall-produzzjoni tal-alumina - Eżenzjoni mis-sisa - Natura selettiva tal-miżura - Qafas Komunitarju għall-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni tal-ambjent tal-2001”

1.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Natura selettiva tal-miżura – Deroga mis-sistema fiskali ġenerali – Ġustifikazzjoni bbażata fuq in-natura u l-istruttura tas-sistema – Oneru tal-prova – Eżenzjoni mid-dazju tas-sisa għaż-żejt tqil użat għall-produzzjoni tal-alumina – Assenza ta’ elementi li juru l-imsemmija ġustifikazzjoni

(Artikolu 87(1)KE)

(ara l-punti 55, 56, 60, 61, 65, 69-72, 89 sa 93)

2.      Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti formali – Espożizzjoni ċara u preċiża tal-motivi invokati – Rekwiżiti analogi għall-ilmenti invokati insostenn ta’ motiv – Riferiment globali għal dikjarazzjoni konġunta tal-Kunsill u tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-adozzjoni ta’ direttiva – Ammissibbiltà

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (1991), Artikolu 44(1)(c))

(ara l-punti 80 sa 86)

3.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Għajnuna li tista’ titqies li hija kompatibbli mas-suq komuni – Għajnuna għall-protezzjoni tal-ambjent – Qafas Komunitarju tal-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni tal-ambjent – Għajnuna fil-forma ta’ eżenzjoni mit-taxxa – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Artikoli 6 u 87(3)(KE); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2001/C 37/03, punt 51(1))

(ara l-punti 102 sa 109, 111)

Suġġett

Talbiet ibbażati fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiżi għall-annullament, totali jew parzjali, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/375/KE tas-7 ta’ Frar 2007 dwar l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa għal żjut minerali użati bħala karburant għal produzzjoni tal-alumina f[ir-reġjun] ta’ Gardenne, fir-reġjun ta’ Shannon u f’Sardinja, implementata minn Franza, l-Irlanda u l-Italja rispettivament (C 78/2001 (ex NN 22/01), C 79/2001 (ex NN 23/01), C 80/2001 (ex NN 26/01)) (ĠU L 147, p. 29), sa fejn din tikkonstata l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Irlanda, sa mill-1 ta’ Jannar 2004, abbażi tal-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fuq iż-żjut minerali użati bħala kombustibbli għall-produzzjoni tal-alumina fir-reġjun ta’ Shannon (l-Irlanda) u sa fejn tordna lill-Irlanda tirkupra l-imsemmija għajnuna jew inkella tannulla jew tissospendi l-ħlas tagħha.

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż fil-Kawża T-129/07.

3)

Aughinish Alumina Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż fil-Kawża T-130/07.