Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta' April 2007 - Suez vs L-UASI (Delivering the essentials of life)

(Kawża T-128/07)

Lingwa tar-rikors: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Suez SA (Pariġi, Franza) (rappreżentant: P. Combeau, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) (UASI)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali "Delivering the essentials of life" għal prodotti u servizzi li jaqgħu fil-klassijiet 1, 9, 11, 16, 35, 36, 37, 38, 39, 40, 41 u 42 (applikazzjoni Nru 4 102 497)

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: Reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/941 in kwantu, kontra dak li l-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI kkonstata fid-deċiżjoni kkontestata, it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni hija nieqsa minn konnotazzjoni strettament ta' tifħir u in kwantu din it-trade mark ma tiddeskrivix karatteristika jew kwalità tal-prodotti jew tas-servizzi li hija intiża li tidentifika.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).