Language of document : ECLI:EU:T:2009:264





Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tad-9 ta’ Lulju 2009 – infeurope vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑176/08)

“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni, għal annullament u għad-danni – Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Sejħa għal offerti dwar il-manutenzjoni tas-sistemi informatiċi tal-UASI – Appell amministrattiv quddiem il-Kummissjoni – Deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tal-Kummissjoni – Talbiet ġodda – Rabta bejn rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni u rikors għad-danni – Inammissibbiltà manifesta”

1.                     Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Nuqqas - Kunċett - Appell amministrattiv ippreżentat kontra att tal-President tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern adottat fil-kuntest ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi - Deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tal-Kummissjoni - Esklużjoni - Inammissibbiltà tar-rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni (Artikolu 232 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 118) (ara l-punti 36-40)

2.                     Proċedura - Suġġett tal-kawża - Emenda matul l-istanza (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 48(2)) (ara l-punt 42)

3.                     Rikors għad-danni - Awtonomija fir-rigward tar-rikorsi għal annullament u għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Inammissibbiltà manifesta tar-rikors għal annullament u tar-rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Talba għad-danni marbuta b’mod strett mat-talba sabiex jiġi kkonstatat nuqqas li tittieħed azzjoni - Inammissibbiltà (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l‑punti 46-48)

Suġġett

L-ewwel nett, prinċipalment, talba intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni naqset milli tieħu azzjoni sa fejn hija astjeniet illegalment milli tannulla d‑deċiżjoni ta’ għoti tal-kuntratti qafas, wara l-proċedura ta’ sejħa għal offerti AO/042/05 tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) għall-manutenzjoni tas-software relatat mas-sistemi tal-attività prinċipali tal-UASI fir-rigward tat-trade marks u disinni, kif ukoll li ttemm il‑ftehim speċifiku konkluż wara dawn il-kuntratti qafas u, sussidjarjament, talba għall-annullament tal-allegata deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tiċħad l‑appell amministrattiv tar-rikorrenti tat-2 ta’ Diċembru 2007 fil-kuntest tal-imsemmija sejħa għal offerti u, it-tieni nett, talba intiża għall-kumpens tad-dannu allegatament subit minħabba l-allegati nuqqasijiet illegali tal-Kummissjoni.




Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

infeurope hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni.

3)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent ta’ European Dynamics SA.

4)

infeurope, il-Kummissjoni u European Dynamics għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom marbuta mat-talba għal intervent.