Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fis-7 ta’ April 2023 – Mutuelle assurance des travailleurs mutualistes (Matmut) vs TN et

(Kawża C-236/23, Matmut)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Mutuelle assurance des travailleurs mutualistes (Matmut)

Konvenuti: TN, Société MAAF assurances, Fonds de garantie des assurances obligatoires de dommages (FGAO), PQ

Domandi preliminari

L-Artikoli 3 u 13 tad-Direttiva Nru 2009/103 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 1 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li n-nullità tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur tiġi ddikjarata eżegwibbli kontra l-passiġġier vittma meta huwa jkun ukoll id-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni li jkun wettaq intenzjonalment dikjarazzjoni falza fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt li tkun wasslet għal din in-nullità?

____________

1     Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU 2009, L 263, p. 11).