Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta' Ottubru 2010 - CNOP u CCG vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-23/09) 1

"Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Deċiżjoni li tordna spezzjoni - Artikolu 20(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003- Nuqqas ta' personalità ġuridika ta' destinatarju - Obbligu ta' motivazzjoni - Kunċetti ta' impriża u ta' assoċjazzjoni tal-impriżi"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Conseil national de l'Ordre des pharmaciens (CNOP) (Parigi, Franza); u Conseil central de la section G de l'Ordre national des pharmaciens (CCG) (Parigi) (rappreżentanti: inizjalment minn Y. R. Guillou, H. Speyart van Woerden, T. Verstraeten u C. van Sasse van Ysselt, sussegwentement minn Y. R.Guillou, L. Defalque u C. Robert, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet u É. Gippini Fournier, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 6494, tad-29 ta' Ottubru 2008, fil-Każ COMP/39510, li tordna lill-Ordre national des pharmaciens (ONP), lill-CNOP u liċ-CCG sabiex jissottomettu ruħhom għal spezzjoni skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, tas-16 ta' Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 [KE] u 82 [KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Il-Conseil national de l'Ordre des pharmaciens (CNOP) u l-Conseil central de la section G de l'Ordre national des pharmaciens (CCG) huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 55, p. 07.03.2009.