Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ottubru 2021 – BAWAG PSK vs BĊE

(Kawża T-667/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: BAWAG PSK Bank für Arbeit und Wirtschaft und Österreichische Postsparkasse AG (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: H. Bälz u D. Bliesener, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tat-2 ta’ Awwissu 2021 1 ; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-inkompetenza tal-konvenut li jimponi interessi ta’ assorbiment taħt l-Artikolu 97(1) tal-Att Bankarju Awstrijak (iktar ’il quddiem il-“BWG”).

It-tieni motiv ibbażat fuq li l-impożizzjoni ta’ interessi ta’ assorbiment taħt l-Artikolu  97(1) BWG hija preskritta.

It-tielet motiv ibbażat fuq li r-rikorrenti ma kisritx il-limitu ta’ espożizzjoni kbira previst fl-Artikolu 395(1) tar-Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 . 1

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata tikser id-dritt tar-rikorrenti għal smigħ.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq li l-konvenut kkalkola b’mod żbaljat s-somma ta’ interessi ta’ assorbiment taħt l-Artikolu 97(1)BWG.

____________

1 Nru SSM- 2021-ATBAW-7_ESA-2018-0000126.

1 ĠU 2013, L 176, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2013, L 208, p. 68, fil-ĠU 2013, L 321, p  6 u fil-ĠU 2017, L 20, p. 2.