Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ottubru 2021 – Mendes vs EUIPO – Actial Farmaceutica (VSL3TOTAL)

(Kawża T-678/21)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Mendes SA (Lugano, l-Isvizzera) (rappreżentant: M. Cavattoni, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Actial Farmaceutica Srl (Ruma, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “VSL3TOTAL” – it-trade mark tal-Unjoni Nru 11 702 172

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Awwissu 2021 fil-Każ R 1568/2020-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ dan ir-rikors;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċeduri għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________