Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ottubru 2021 – Grupa “LEW” vs EUIPO – Lechwerke (GRUPALEW.)

(Kawża T-672/21)

Lingwa tar-rikors: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: Grupa “LEW” S.A. (Częstochowa, il-Polonja) (rappreżentant: A. Korbela, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lechwerke AG (Augsburg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark figurattiva li tindika l-Unjoni Ewropea GRUPALEW – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 344 392 li tindika l-Unjoni

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Awwissu 2021 fil-Każ R 2763/2019-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Ottubru 2019 (li tippreċedi d-deċiżjoni kkontestata);

tissottometti l-appell Nru B 002956640 tat-13 ta’ Settembru 2017, ippreżentat minn Lechwerke AG bis-sede tagħha f’Augsburg (il-Ġermanja), għal eżami mill-ġdid mill-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 10 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625 1 .

____________

1 Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625 tal-5 ta’ Marzu 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea, u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) 2017/1430 (ĠU 2018, L 104, p. 1).