Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ottubru 2021 – Funline International vs EUIPO (AMSTERDAM POPPERS)

(Kawża T-680/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Funline International (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: Y. Echevarría García, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea AMSTERDAM POPPERS – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 354 314

Deċiżjoni kkontestata: Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Awwissu 2021 fil-Każ R 439/2021-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tirreġistra t-trademark fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inkluż dawk sostnuti fil-proċeduri quddiem il-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(ċ) u (f) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________