Language of document : ECLI:EU:T:2021:817


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-24 ta’ Novembru 2021 – LTTE vs Il-Kunsill

(Kawża T-160/19)

“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - miżuri restrittivi meħuda fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu - Iffriżar ta’ fondi - Lista tal-persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Żamma tal-isem tar-rikorrent fuq il-lista - Bażi fattwali tad-deċiżjonijiet ta’ ffriżar tal-fondi - Żball ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva”

1.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Locus standi – Rikors minn organizzazzjoni li ma għandhiex personalità ġuridika, suġġetta għal miżuri restrittivi – Ammissibbiltà

(Artikolu 263(4) TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2019/25, (PESK) 2019/1341 u (PESK) 2020/1132; Regolamenti tal-Kunsill 2020/19 u 2020/1128)

(ara l-punti 57, 59)

2.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Interess ġuridiku – Rikors li għandu jkun jista’ jagħti benefiċċju lir-rikorrent

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punti 68 sa 70, 75)

3.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu – Deċiżjoni li twettaq eżami mill-ġdid tal-lista ta’ persuni, gruppi jew entitajiet ikkonċernati – Rikors ippreżentat minn parti minn entità msemmija fid-deċiżjoni – Ammissibbiltà

(Artikolu 263 (4) TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2019/25, (PESK) 2019/1341 u (PESK) 2020/1132; Regolamenti tal-Kunsill 2020/19 u 2020/1128)

(ara l-punti 76 sa 78, 80, 83 sa 86)

4.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet– Deċiżjonijiet ta’ iffriżar tal-fondi – Rikors ippreżentat minn persuni inklużi fil-lista ta’ persuni u ta’ entitajiet suġġetti għall-miżuri restrittiv – Atti ta’ portata ġenerali u sensiela ta’ deċiżjonijiet individwali – Ammissibbiltà

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punt 81)

5.      Proċedura ġudizzjarja – Deċiżjoni jew regolament li jissostitwixxi l-att ikkontestat fil-mori tal-kawża – Element ġdid – Estensjoni tat-talbiet u tal-motivi inizjali – Kundizzjoni – Talbiet inizjali diretti kontra l-att issostitwit – Assenza – Inammissibbiltà

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 86(1); Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1132; Regolament tal-Kunsill 2020/19)

(ara l-punti 89 sa 92, 96)

6.      Proċedura ġudizzjarja – Ammissibbiltà tar-rikorsi – Evalwazzjoni b’riferiment għas-sitwazzjoni fil-mument tal-preżentata tar-rikors – Deċiżjoni li tissostitwixxi d-deċiżjoni kkontestata fil-mori tal-kawża – Adattament tat-talbiet u tal-motivi inizjali – Possibbiltà suġġetta għall-ammissibbiltà tat-talba inizjali

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 86)

(ara l-punti 94, 95)

7.      Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu – Deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi – Adozzjoni jew żamma fuq il-bażi ta’ deċiżjoni nazzjonali ta’ ftuħ ta’ investigazzjonijiet, ta’ proċeduri kriminali jew ta’ kundanna – Awtorità kompetenti sabiex tadotta l-imsemmija deċiżjoni nazzjonali – Kunċett – Awtorità amministrattiva – Inklużjoni – Kundizzjonijiet

(Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931, Artikolu 1(4))

(ara l-punti 112, 114-118)

8.      Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu – Deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi – Adozzjoni jew żamma fuq il-bażi ta’ deċiżjoni nazzjonali ta’ ftuħ ta’ investigazzjonijiet, ta’ proċeduri kriminali jew ta’ kundanna – Assenza ta’ obbligu ta’ deċiżjoni nazzjonali li taqa’ fil-kuntest ta’ proċedura kriminali fis-sens strett tal-kelma – Kundizzjonijiet

(Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931, Artikolu 1(4))

(ara l-punti 119, 120)

9.      Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu – Obbligu ta’ kooperazzjoni leali bejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi – Adozzjoni jew żamma fuq il-bażi ta’ deċiżjoni nazzjonali ta’ ftuħ ta’ investigazzjonijiet, ta’ proċeduri kriminali jew ta’ kundanna – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata – Deċiżjoni nazzjonali ta’ kundanna – Assenza ta’ obbligu li jiġu indikati l-provi jew l-indizji serji u kredibbli li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni nazzjonali

(Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931, Artikolu 1(4); Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2019/25 u (PESK) 2019/1341]

(ara l-punti 148 sa 156, 158, 165)

10.    Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu – Deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi – Żamma fuq il-bażi ta’ deċiżjoni nazzjonali ta’ ffriżar ta’ fondi – Deċiżjoni nazzjonali li, waħedha, ma tkunx għadha tippermetti li jiġi konkluż li għad hemm ir-riskju ta’ involviment f’atti terroristiċi – Obbligu tal-Kunsill li jieħu inkunsiderazzjoni elementi fattwali iktar reċenti li juri li għad hemm l-imsemmi riskju

(Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931, Artikolu 1(6); Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2019/25 u (PESK) 2019/1341]

(ara l-punti 168 sa 171, 176, 177, 185 sa 187, 191, 204, 208, 215 sa 217, 231, 276, 283)

11.    Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi meħuda fil-konfront ta’ ċerti persuni u entitajiet issuspettati li wettqu attivitajiet terroristiċi – Rekwiżiti minimi

(Artikolu 296(2) TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2019/25 u (PESK) 2019/1341]

(ara l-punti 173, 194 sa 199, 273 sa 275, 277)

12.    L-Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu – Deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi – Żamma abbażi ta’ deċiżjoni nazzjonali adottata minn awtorità kompetenti – Portata tal-istħarriġ – Stħarriġ li jkopri l-elementi kollha adottati sabiex tintwera l-persistenza tar-riskju ta’ involviment f’attivitajiet terroristiċi – Elementi li ma jirriżultawx kollha minn deċiżjoni nazzjonali adottata minn awtorità kompetenti –– Assenza ta’ effett

[Artikolu 296 TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2019/25 u (PESK) 2019/1341]

(ara l-punti 174, 175)

13.    Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu – Iffriżar ta’ fondi – Regolament Nru 2580/2001 – Kamp ta’ applikazzjoni – Kunflitt armat fis-sens tad-dritt umanitarju internazzjonali – Inklużjoni

(Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931; Regolament tal-Kunsill Nru 2580/2001)

(ara l-punti 294, 295)

14.    Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu – Iffriżar ta’ fondi – Kamp ta' applikazzjoni – Prinċipju tal-awtodeterminazzjoni – Distinzjoni bejn l-għanijiet speċifiċi għall-eżerċizzju tad-dritt għal awtodeterminazzjoni u l-aġir implimentat sabiex jintlaħaq dan id-dritt

(Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931, premessi 5 sa 7 u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(3)(i) sa (iii) tal-Artikolu 1; Regolament tal-Kunsill Nru 2580/2001, premessi 3, 5 u 6)

(ara l-punti 296 sa 300)

15.    Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu – Iffriżar ta’ fondi ta’ organizzazzjoni involuta f’attivitajiet terroristiċi – Restrizzjonijiet għad-dritt għall-proprjetà, għal-libertà tal-espressjoni u għad-dritt ta’ assoċjazzjoni – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Assenza

(Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931, Artikolu 1(6); Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2019/25 u (PESK) 2019/1341; Regolament tal-Kunsill Nru 2580/2001, Artikoli 5 u 6)

(ara l-punti 311 sa 319)

16.    Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu – Deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi – Obbligu ta’ komunikazzjoni tal-provi kontra – Portata

(Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2016/25 u (PESK) 2016/1341; Regolament tal-Kummissjoni 2016/3)

(ara l-punti 352 sa 355, 357, 358, 360 sa 366)

17.    Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu – Deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi – Dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Dritt suġġett għal talba lill-Kunsill f’dan is-sens – Assenza ta’ ksur

(Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931; Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2019/25 u (PESK) 2019/1341)

(ara l-punti 367 sa 371, 380)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament, l-ewwel nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/25 tat-8 ta’ Jannar 2019 li temenda u taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2018/1084 (ĠU 2019 L 6, p. 6), fit-tieni lok tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1341 tat-8 ta’ Awwissu 2019 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2019/25 (ĠU 2019, L 209, p. 15), fit-tielet lok tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/19 tat-13 ta’ Jannar 2020 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/1337 (ĠU 2020, L 8I, p. 1), u fir-raba’ lok tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1128 tat-30 ta’ Lulju 2020 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/19 (ĠU 2020, L 247, p. 1), u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1132 tat-30 ta’ Lulju 2020 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2020/20 (ĠU 2020, L 247, p. 18).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Is-subdiviżjoni politika Ewropea tal-Liberation Tigers of Tamil Eelam (LTTE) għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.