Language of document : ECLI:EU:T:2021:824


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal24 ta’ Novembru 2021 – CX vs IlKummissjoni

(Kawża T743/16 RENV II)

“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Sanzjoni dixxiplinari – Revoka – Investigazzjoni tal-OLAF – Negozjar mhux awtorizzat u klandestin ta’ kuntratt – Kunflitt ta’ interessi – Ċertifikazzjoni ta’ fattura mhux konformi – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal smigħ – Assenzi ripetuti tar-rikorrent u tal-avukat tiegħu fis-seduta dixxiplinari – Ċertezza legali – Aspettattivi leġittimi – Proporzjonalità – Terminu raġonevoli – Prinċipju ta’ ne bis in idem – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.      Uffiċjali – Sistema dixxiplinari – Sanzjoni – Revoka – Setgħa diskrezzjonali tal-Awtorità tal-Ħatra – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti – Żball manifest – Kunċett – Oneru tal-prova

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 86 u Anness IX, Artikolu 10)

(ara l-punti 90 sa 92, 355 sa 357)

2.      Uffiċjali – Sistema dixxiplinari – Proċeduri dixxiplinari – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Assenza ta’ dannu finanzjarju kkawżat mill-aġir jew mill-profitt għall-persuna kkonċernata – Assenza ta’ effett

(ara l-punti 117, 157)

3.      Uffiċjali – Drittijiet u obbligi – Dmir ta’ lealtà – Portata – Il-ħolqien u l-kontinwazzjoni ta’ sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interessi – Ksur

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 11, 11a u 12)

(ara l-punti 128 sa 133)

4.      Baġit tal-Unjoni Ewropea – Regolament finanzjarju – Implimentazzjoni tal-baġit – Projbizzjoni għall-atturi finanzjarji li jadottaw atti ta’ eżekuzzjoni fil-każ ta’ kunflitt ta’ interessi – Kunċett ta’ kunflitt ta’ interessi – Tqassim minn uffiċjal tal-Unjoni ta’ komunità ta’ interessi mal-fundatur ta’ kumpannija – Inklużjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 52(2); Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 11 u 12)

(ara l-punti 148 sa 152)

5.      Baġit tal-Unjoni Ewropea – Regolament finanzjarju – Implimentazzjoni tal-baġit – Operazzjonijiet ta’ nfiq – Impenn ta’ nfiq – Vowċer għal ħlas ta’ kuntratti pubbliċi – Effett – Neċessità li tiġi vverifikata l-eżekuzzjoni effettiva tas-servizz b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet applikabbli

(Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 52(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 98)

(ara l-punt 163)

6.      Uffiċjali – Sistema dixxiplinari – Proċedura – Smigħ tal-persuna interessata mill-Awtorità tal-Ħatra – Nuqqas ta’ preżentazzjoni tal-persuna kkonċernata fuq il-bażi ta’ ċertifikat mediku – Preżunzjoni ta’ inkapaċità li tidher – Natura konfutabbli – Oneru tal-prova – Possibbiltà għall-persuna kkonċernata li tiġi rrappreżentata jew li tippreżenta osservazzjonijiet bil-miktub

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2)(a), 51(1) u 52(1); Regolamenti tal-Persunal, Anness IX, Artikoli 4 u 22(1))

(ara l-punti 200 sa 204, 211 sa 213, 236, 237)

7.      Uffiċjali – Atti tal-amministrazzjoni – Preżunzjoni ta’ validità – Att ineżistenti – Kunċett – Rapport tal-Uffiċċju ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) li jinkludi żball tal-pinna fir-rigward tad-data ta’ stabbiliment – Esklużjoni

(Artikolu 288 TFUE)

(ara l-punti 247 sa 251, 254, 255)

8.      Uffiċjali – Sistema dixxiplinari – Deċiżjoni ta’ ftuħ ta’ proċedura dixxiplinari – Talba indirizzata mill-amministrazzjoni lill-Awtorità tal-Ħatra, qabel il-ftuħ tal-proċedura, li tistabbilixxi lista tal-fatti kkunsidrati kontra l-uffiċjal ikkonċernat u li tfakkar il-prerogattivi tal-imsemmija awtorità – Ksur tad-dritt għall-preżunzjoni tal-innoċenza – Assenza

(Regolamenti tal-Persunal, l-Artikolu 22(2) tal-Anness IX)

(ara l-punti 290 sa 292)

9.      Uffiċjali – Sistema dixxiplinari – Sanzjoni – Deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra – Terminu ta’ adozzjoni – Inosservanza – Konsegwenzi

(Regolamenti tal-Persunal, l-Artikolu 22(1) tal-Anness IX)

(ara l-punti 339 sa 349)

10.    Uffiċjali – Sistema dixxiplinari – Sanzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Awtorità tal-Ħatra – Evalwazzjoni ta’ diversi nuqqasijiet fl-intier tagħhom – Ammissibbiltà

(ara l-punt 364)

11.    Uffiċjali – Sistema dixxiplinari – Sanzjoni – Ċirkustanza attenwanti – Karriera brillanti tal-persuna kkonċernata – Esklużjoni fil-każ ta’ nuqqasijiet partikolarment gravi

(Regolamenti tal-Persunal, Anness IX, Artikolu 10)

(ara l-punt 367)

12.    Uffiċjali – Sistema dixxiplinari – Sanzjoni – Ċirkustanza attenwanti – Anzjanità tal-iżbalji miżmuma – Skoperta tardiva imputabbli għall-aġir tal-persuna kkonċernata – Esklużjoni

(Regolamenti tal-Persunal, Anness IX, Artikolu 10)

(ara l-punti 368 sa 370, 404)

13.    Proċedura ġudizzjarja – Spejjeż – Tassazzjoni – Tassazzjoni li tista’ ssir biss wara d-deċiżjoni li ttemm l-istanza – Sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, annullata fuq appell quddiem il-Qorti Ġenerali u rrinvijata quddiem awla oħra ta’ din tal-aħħar – Intaxxar tal-ispejjeż kollha tad-diversi proċeduri

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 133 u 219)

(ara l-punti 421, 422)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

CX għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea relatati ma’ din il-proċedura kif ukoll mal-proċeduri fil-Kawżi  F‑5/14 R, F‑5/14, T‑493/15 P, T‑743/16 RENV u C‑131/19 P.