Language of document : ECLI:EU:T:2021:833


 


 



Digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat22 ta’ Novembru 2021 – Garment Manufacturers Association in Cambodia vs IlKummissjoni

(Kawża T454/20)

“Rikors għal annullament – Politika kummerċjali komuni – Sistema ġġeneralizzata ta’ tariffi doganali preferenzjali stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru 978/2012 – Irtirar temporanju tal-preferenzi kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li joriġinaw mill-Kambodja minħabba ksur gravi u sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem – Nuqqas ta’ inċidenza diretta – Nuqqas ta’ inċidenza individwali – Inammissibibltà”

1.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Rikors ta’ assoċjazzjoni professjonali li tħares u tirrappreżenta l-membri tagħha – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

(ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punt 17)

2.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Inċidenza individwali permezz ta’ att ta’ natura ġenerali – Kundizzjonijiet – Regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi l-irtirar temporanju ta’ preferenzi kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li joriġinaw mill-Kambodja minħabba ksur gravi u sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem – Rikors ta’ assoċjazzjoni nazzjonali li tirrappreżenta l-interessi tal-industriji kkonċernati – Assenza ta’ inċidenza individwali tal-membri rrappreżentati – Inammissibbiltà

(ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 978/2012, Parti A tal-Anness VIII; Regolament tal-Kummissjoni 2020/550, Titoli 2, 3 u 4)

(ara l-punti 18, 44, 46 sa 53, 64 sa 66)

3.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Inċidenza individwali permezz ta’ att ta’ natura ġenerali – Kundizzjonijiet – Regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi l-irtirar temporanju ta’ preferenzi kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li joriġinaw mill-Kambodja minħabba ksur gravi u sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem – Rikors ta’ assoċjazzjoni nazzjonali li tirrappreżenta l-interessi tal-industriji kkonċernati – Assoċjazzjoni nazzjonali li pparteċipat fil-proċedura amministrattiva bħala parti terza – Karatteristika insuffiċjenti sabiex jiġi rrikonoxxut locus standi

(ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 978/2012, Artikolu 19(7); Regolament tal-Kummissjoni Nru 1083/2013, Artikolu 7(1))

(ara l-punti 45, 54 sa 59)

4.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Inċidenza diretta – Kriterji – Regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi l-irtirar temporanju ta’ preferenzi kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li joriġinaw mill-Kambodja minħabba ksur gravi u sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem – Rikors ta’ assoċjazzjoni nazzjonali li tirrappreżenta l-interessi tal-industriji kkonċernati – Regolament li jista’ jkollu influwenza fuq is-sitwazzjoni materjali tal-membri rrappreżentati – Kriterju mhux determinanti

(ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punti 80 sa 83, 89 sa 90)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Garment Manufacturers Association in Cambodia hija kkundannata għall-ispejjeż.