Language of document :

Appell ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2013 minn Geoffroy Alsteens mid-digriet mogħti fit-8 ta’ Mejju 2013 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-87/12, Alsteens vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-373/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Geoffroy Alsteens (Marcinelle, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, D. Abreu Caldas u J.-N. Louis, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellant

tannulla d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tat-8 ta’ Mejju 2013, fil-Kawża F-87/12, Alsteens vs Il-Kummissjoni Ewropea;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka aggravju uniku bbażat fuq żball ta’ liġi, peress li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku qies li bl-annullament tal-limitazzjoni tat-tul ta’ żmien tal-estensjoni tal-kuntratt tiegħu bħala membru tal-persunal temporanju, l-appellant jinsab, b’mod retroattiv, taħt l-iskema ta’ kuntratt għal żmien indeterminat. L-appellant iqis li dan ma huwiex il-każ u jsostni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kiser id-dritt tiegħu għal rimedju effettiv meta qies li l-appellant ma setax jitlob l-annullament parzjali tad-deċiżjoni li jiġi estiż il-kuntratt tiegħu, jiġifieri l-annullament tal-parti tad-deċiżjoni li tillimita t-tul ta’ żmien tal-estensjoni.