Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Grondwettelijk Hof (il-Belġju) fil-21 ta’ Diċembru 2020 – Orde van Vlaamse Balies, IG, Belgian Association of Tax Lawyers, CD, JU vs Vlaamse Regering

(Kawża C-694/20)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Grondwettelijk Hof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Orde van Vlaamse Balies, IG, Belgian Association of Tax Lawyers, CD, JU

Konvenut: Vlaamse Regering

Domanda preliminari

Il-punt 2 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2018/822 tal-25 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar l-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta’ informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni fir-rigward ta’ arranġamenti transkonfinali rapportabbli 1 jikser id-dritt għal smigħ xieraq iggarantit mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata ggarantit mill-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, sa fejn l-Artikolu 8ab(5) il-ġdid li huwa daħħal fid-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta’ Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-direttiva 77/799/KEE 2 , jipprevedi li, jekk Stat Membru jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jagħti lill-intermedjarji d-dritt li jiġu eżentati mill-obbligu li jipprovdu informazzjoni dwar arranġament transkonfinali li għandu jkun is-suġġett ta’ dikjarazzjoni meta l-obbligu ta’ dikjarazzjoni jikser is-sigriet professjonali applikabbli skont id-dritt nazzjonali tal-imsemmi Stat Membru, dan l-Istat Membru għandu jobbliga lill-imsemmija intermedjarji li jinnotifikaw mingħajr dewmien lil kull intermedjarju ieħor jew, fejn ma jkunx hemm tali intermedjarju, lill-persuna taxxabbli rilevanti, bl-obbligi ta’ dikjarazzjoni tiegħu, sa fejn dan l-obbligu għandu bħala effett li avukat li jaġixxi bħala intermedjarju jkun obbligat li jaqsam ma’ intermedjarju ieħor li ma jkunx il-klijent tiegħu l-informazzjoni li huwa jikseb fl-eżerċizzju tal-attivitajiet essenzjali tal-professjoni tiegħu, jiġifieri d-difiża jew ir-rappreżentanza legali tal-klijent u l-għoti ta’ pariri legali, anki fl-assenza ta’ kwalunkwe proċedura ġudizzjarja?

____________

1     ĠU 2018, L 139, p. 1, rettifika fil-ĠU 2020, L 279, p. 23.

2     ĠU 2011, L 64, p. 1, rettifika fil-ĠU 2020, L 274, p. 58.