Language of document : ECLI:EU:T:2017:598


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Settembru 2017 –
Laufen Austria vs IlKummissjoni

(Kawża T411/10 RENV)

“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, tal-Pajjiżi l-Baxxi u Awstrijak tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE – Multi – Impożizzjoni ‘in solidum’ ta’ multa fuq kumpannija omm u fuq is-sussidjarja tagħha – Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ – Kalkolu tal-limitu massimu skont id-dħul mill-bejgħ biss tas-sussidjarja għall-perijodu ta’ ksur qabel l-akkwist tagħha mill-kumpannija omm”

Proċedura ġudizzjarja – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li torbot lill-Qorti Ġenerali – Kundizzjonijiet – Rinviju konsegwenti għal appell – Punti ta’ liġi maqtugħin definittivament mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest tal-appell – Awtorità ta’ res judicata – Portata

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 61; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 215)

(ara l-punt 35)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, minn naħa waħda, għall-annullament parzjali tad-Deċizjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Kawża COMP/39092 – Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju), u, min-naħa l-oħra, talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti f’din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Il-parti tal-multa imposta fuq Laufen Austria AG li għaliha hija tinżamm individwalment responsabbli, abbażi tal-ksur imwettaq matul il-perijodu inkluż bejn it-12 ta’ Ottubru 1994 u t-28 ta’ Ottubru 1999 hija stabbilita għal EUR 4 788 001.

2)

Laufen Austria u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu kull waħda minnhom l-ispejjeż proprji tagħhom relatati mal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.