Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta' Mejju 2012 - Conceria Kara vs UASI - Dima (KARRA)

(Kawża T-270/10) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali KARRA - Trade marks nazzjonali u Komunitarji figurattivi preċedenti Kara - Isem korporattiv Conceria Kara Srl u isem kummerċjali Kara - Raġunijiet relattivi għal rifjut - L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75, tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8 tal-Konvenzjoni ta' Pariġi - Mala fide"]

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Conceria Kara Srl (Trezzano sul Naviglio, l-Italja) (rappreżentant: P. Picciolini, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Mannucci, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Dima - Gida Tekstil Deri Insaat Maden Turizm Orman Urünleri Sanayi Ve Ticaret Ltd Sti (Istanbul, it-Turkija)

Suġġett

Rikors għal annullament ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal- UASI, tad-29 ta' Marzu 2010, (Każ R 1172/2009-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Conceria Kara Srl u Dima - Gida Tekstil Deri Insaat Maden Turizm Orman Urünleri Sanayi Ve Ticaret Ltd Sti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Concerta Kara Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 221, 14.08.2010.