Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2014 – Arkema France vs Il-Kummissjoni

(Kawżi maqgħuda T-23/10 u T-24/10) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Swieq Ewropej tal-istabbilizzaturi termiċi tal-landa u tal-istabbilizzaturi termiċi ESBO/ester – Deċiżjoni li tikkonstata żewġ każijiet ta’ ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE – Multi – Tul tal-ksur – Preskrizzjoni – Interess leġittimu li jiġi kkonstatat ksur – Talba għal bidla – Ammont tal-multi – Tul tad-diversi ksur – Ġurisdizzjoni sħiħa”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Arkema France (Colombes, Franza) (rappreżentanti: inizjalment J. Joshua, barrister, u E. Aliende Rodríguez, avukat, sussegwentement J. P. Gunther u C. Breuvart, avukati) (Kawża T-23/10); u CECA SA (La Garenne-Colombes, Franza) (rappreżentanti: inizjalment J. Joshua, barrister, u E. Aliende Rodríguez, avukat, sussegwentement J.-P. Gunther u C. Breuvart, avukati) (Kawża T-24/10)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Mojzesowicz, F. Ronkes Agerbeek u J. Bourke, aġenti, assistiti minn J. Holmes, barrister)

Suġġett

Talbiet għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 8682 finali, tal-11 ta’ Novembru 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38589 – Stabbilizzaturi termiċi), jew, sussidjarjament, talbiet għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-rikorsi huma miċħudin.

Arkema France u CECA SA huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 80, 27.03.2010.