Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta' Ġunju 2007 - Harman International Industries vs L-UASI - Becker (Barbara Becker)

(Kawża T-212/07)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Harman International Industries, Inc. (Northridge, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Vanhegan, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell : Barbara Becker (Miami, l-Istati Uniti)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla l-paragrafu 1 tad-Deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' Appell tas-7 ta' Marzu 2007 (Każ R 502/2006-1), li tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni tal-15 ta' Frar 2005.

tordna li l-applikazzjoni Nru 2 939 072 għal trade mark Komunitarja tiġi miċħuda fit-totalità tagħha

tordna li l-konvenut iħallas lir-rikorrent l-ispejjeż.inkorsi quddiem il-Bord ta' Appell u l-Qorti tal-Prim'Istanza

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Barbara Becker

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali Komunitarja "Barbara Becker" għall-prodotti fil-klassi 9 - applikazzjoni Nru 2 939 072

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Harman International Industries, Inc

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: it-trade marks verbali Komunitarji "BECKER" u "BECKER ONLINE PRO" għal prodotti fil-klassi 9

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Laqgħet l-oppożizzjoni fit-totalità tagħha

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Laqgħet l-appell u ċaħdet l-oppożizzjoni

Motivi invokati: ksur ta' l-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 ("RTMK")

Ir-rikorrenti tallega li l-Bord applika b'mod ħażin l-Artikolu 8(1)(b) RTMK meta sab li ma kienx hemm xebħ kunċettwali bejn it-trade mark tar-rikorrenti "BECKER" u s-sinjal li għalih applikat "Barbara Becker", u għaldaqstant li ma kienx hemm probabbilità ta' konfużjoni. Minbarrra dan, ir-rikorrenti ssostni li l-Bord għamel żball ta' dritt fl-applikazzjoni tiegħu ta' l-Artikolu 8(5) RTMK meta kkonstata li ma kienx hemm ness bejn is-sinjal li għalih applikat "Barbara Becker" u t-trade mark Komunitarja fiha nfisha.

____________