Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 – Roca Sanitario vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-408/10) 1

(“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, Olandiż u Awstrijak tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Multi — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Gravità tal-ksur — Koeffiċjenti — Ċirkustanzi attenwanti — Tnaqqis tal-ammont tal-multa — Valur miżjud sinjifikattiv”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Roca Sanitario, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: J. Folguera Crespo u M. Merola, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Castillo de la Torre, A. Antoniadis u F. Castilla Contreras, sussegwentement M. Castillo de la Torre, A. Antoniadis u F. Jimeno Fernández, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39092 – Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju), u sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa li ġiet imposta fuq ir-rikorrenti f’din id-deċiżjoni.DispożittivL-ammont tal-multa imposta in solidum fuq Roca Sanitario, SA, fl-Artikolu 2(4)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39092 — Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju), huwa ta’ EUR 6 298 000.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Il-Kummissjoni Ewropea

għandha

tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, terz mill-ispejjeż sostnuti minn Roca Sanitario.Roca Sanitario għandha tbati żewġ terzi mill-ispejjeż tagħha.