Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Marzu 2023 – CIMV vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-26/22) 1

(“Riċerka u żvilupp teknoloġiku – Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni ‘Orizzont 2020’ – Irkupru ta’ kreditu – Rimbors bin-nifs – Eżattezza materjali tal-fatti – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Aspettattivi leġittimi – Dritt għal smigħ – Proporzjonalità”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Compagnie industrielle de la matière végétale (CIMV) (Neuilly-sur-Seine, Franza) (rappreżentanti: B. Le Bret, R. Rard u P. Renié, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Ilkova u S. Romoli, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni C(2021) 7932 final tal-Kummissjoni Ewropea tat-28 ta’ Ottubru 2021 dwar l-irkupru ta’ ammont ta’ EUR 5 888 214.59, miżjud bl-interessi moratorji.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Compagnie industrielle de la matière végétale (CIMV) hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 109, 7.3.2022.