Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 – Cixi Jiangnan Chemical Fiber et vs Il-Kunsill

(Kawża T-537/08) 1

[“Dumping – Importazzjonijiet ta’ fibri mhux kontinwital-poliester li joriġinaw fiċ-Ċina – Proroga tad-drittijiet antidumping wara reviżjoni interim parzjali – Rikors għal annullament – Interess dirett u individwali – Ammissibbiltà – Ugwaljanza fit-trattament u nondiskriminazzjoni – Artikolu 9(5) u Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (li sar Artikolu 9(5) u Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru1225/2009)”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cixi Jiangnan Chemical Fiber Co. Ltd (Cixi, iċ-Ċina); Cixi Santai Chemical Fiber Co. Ltd (Cixi); Cixi Sansheng Chemical Fiber Co. Ltd (Cixi); Jiangyin Changlong Chemical Fibre Co. Ltd (Jiangyin, iċ-Ċina); NingBo Dafa Chemical Fiber Co. Ltd (Cixi); Xiake Color Spinning Co. Ltd (Jiangyin); Zhejiang Waysun Chemical Fiber Co. Ltd (Cixi); u Zhejiang Anshun Pettechs Fibre Co. Ltd (Fuyang, iċ-Ċina) (rappreżentanti: inizjalment J. -F. Bellis, avukat, G. Vallera, barrister, sussegwentement J. -F. Bellis, A. Scalini u F. Di Gianni, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. -P. Hix u B. Driessen, aġenti, assistiti inizjalment minn G. Berrisch u G. Wolf, avukati, sussegwentement minn G. Berrisch)

Intervenjenti insostenn tal-parti konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. França u H. van Vliet, sussegwentement M. França u J. F. Brakeland, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 893/2008, tal-10 ta’ Settembru 2008, li jżomm fis-seħħ dazji antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ staple fibres tal-poliesteri li joriġinaw mill-Belarus, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, mill-Arabja Sawdija u mill-Korea wara reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (ĠU L 247, p. 1), f’dak li jirrigwarda lir-rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli minħabba li kien ippreżentat minn Cixi Santai Chemical Fiber Co. Ltd, Cixi Sansheng Chemical Fiber Co. Ltd, NingBo Dafa Chemical Fiber Co. Ltd, Zhejiang Waysun Chemical Fiber Co. Ltd u Zhejiang Anshun Pettechs Fibre Co. Ltd.

Ir-rikors huwa miċħud bħala infondat peress li ġie ppreżentat minn Cixi Jiangnan Chemical Fiber Co. Ltd, Jiangyin Changlong Chemical Fibre Co. Ltd u Xiake Color Spinning Co. Ltd.

Cixi Jiangnan Chemical Fiber, Cixi Santai Chemical Fiber, Cixi Sansheng Chemical Fiber, Jiangyin Changlong Chemical Fibre, NingBo Dafa Chemical Fiber, Xiake Color Spinning, Zhejiang Waysun Chemical Fiber u Zhejiang Anshun Pettechs Fibre għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll, in solidum, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________

1  ĠU C 55, 07.03.2009.