Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Mejju 2011 - Space Beach Club vs UASI - Flores Gómez (SpS space of sound)

(Kawża T-144/10) 1

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva SpS space of sound - Trade marks nazzjonali u Komunitarji figurattivi preċedenti space ibiza, space DANCE BARCELONA, space DANCE MADRID, space DANCE VALENCIA, space DANCE MALLORCA, space DANCE EIVISSA, space SPACE IBIZA WORLD, space DANCE u t-trade mark nazzjonali verbali preċedenti SPACE VIVA - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Nuqqas ta' xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Space Beach Club, SA (San Jorge, Ibiza, Spanja) (rappreżentant: A. I. Alejos Cutili, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. F. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Miguel Ángel Flores Gómez (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: A. J. Vela Ballesteros u B. C. Lamas Begué, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta' Jannar 2010 (Każ R 766/2009-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Space Beach Club, SA u Miguel Ángel Flores Gómez.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Space Beach Club, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 134, 22.05.2010.