Language of document : ECLI:EU:T:2011:243





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-24 ta’ Mejju 2011 – Space Beach Club vs UASI – Flores Gómez (SpS space of sound)

(Kawża T-144/10)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva SPS space of sound – Trade marks nazzjonali u Komunitarji figurattivi preċedenti space ibiza, space DANCE BARCELONA, space DANCE MADRID, space DANCE VALENCIA, space DANCE MALLORCA, space DANCE EIVISSA, space SPACE IBIZA WORLD, space DANCE u trade mark nazzjonali verbali preċedenti SPACE VIVA – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Nuqqas ta’ xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Trade mark kumplessa (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 38-40)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 29, 36, 37, 58, 60, 65)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Jannar 2010 (Każ R 766/2009‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Space Beach Club, SA u Miguel Ángel Flores Gómez.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Miguel Ángel Flores Gómez

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva SPS space of sound għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35 u 41 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5683693

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Space Beach Club, SA

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade marks nazzjonali u Komunitarji figurattivi preċedenti space ibiza, space DANCE BARCELONA, space DANCE MADRID, space DANCE VALENCIA, space DANCE MALLORCA, space DANCE EIVISSA, space SPACE IBIZA WORLD, space DANCE u trade mark nazzjonali verbali preċedenti SPACE VIVA għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 25 u 41

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Space Beach Club, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.