Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2014 – Pesquerias Riveirenses et vs Il-Kunsill

(Kawża T-180/13) 1

[“Rikors għal annullament – Politika tas-sajd – Regolament (UE)Nru°40/2013 – Teħid inkunsiderazzjoni flimkien tal-komponenti tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar tal-istokk tal-istokkafixx fil-Grigal tal-Atlantiku sabiex tiġi stabbilita t-TAC – Nuqqas ta’ interess dirett – Inammissibbiltà manifesta”]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Pesquerias Riveirenses, SL (Ribeira, Spanja); Pesquerias Campo de Marte, SL (Ribeira); Pesquera Anpajo, SL (Ribeira); Arrastreros del Barbanza, SA (Ribeira); Martinez Pardavila e Hijos, SL (Ribeira); Lijo Pesca, SL (Ribeira); Frigorificos Hermanos Vidal, SA (Ribeira); Pesquera Boteira, SL (Ribeira); Francisco Mariño Moss y Otros, CB (Ribeira); Pérez Vidal Juan Antonio y Hno, CB (Ribeira); Marina Nalda, SL (Ribeira); Portillo y Otros, SL (Ribeira); Vidiña Pesca, SL (Ribeira); Pesca Hermo, SL (Ribeira); Pescados Oubiña Pérez, SL (Ribeira); Manuel Pena Graña (Ribeira); Campo Eder, SL (Ribeira); Pesquera Laga, SL (Ribeira); Pesquera Jalisco, SL (Ribeira); Pesquera Jopitos, SL (Ribeira); u Pesca-Julimar, SL (Ribeira) (rappreżentant : J. Tojeiro Sierto, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Westerhof Löfflerová u A. de Gregorio Merino, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 40/2013, tal-21 ta’ Jannar 2013, li jiffissa għall-2013, l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fl-ilmijiet tal-UE u, għall-bastimenti tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut li huma suġġetti għal negozjati (ĠU L 23, p. 54), kif emendat, sa fejn jikkunsidra flimkien il-komponenti tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar tal-istokk tal-istokkafixx fil-Grigal tal-Atlantiku sabiex tiġi stabbilita l-qabda totali ammissibbli tal-istokkafixx irrikonoxxuta fl-Annessi IA u IB tal-imsemmi regolament.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

Ir-rikorrenti, Pesquerias Riveirenses, SL, u l-oħrajn, għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 147, 25.05.2013.