Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta' Frar 2009 - hofherr communikation vs UASI (NATURE WATCH)

(Kawża T-77/09)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: hofherr communikation GmbH (Innsbruck, l-Awstrija) (rappreżentant: S. Warbek, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-4 ta' Diċembru 2008 fil-Każ R 1410/2008-1 u tippermetti r-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "NATURE WATCH" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 39, 41 u 43 - Reġistrazzjoni internazzjonali Nru WOO 957 541

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Rifjut tar-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni bħala trade mark Komunitarja

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Ċaħda tal-appell

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u 7(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell ikkonkluda b'mod żbaljat li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni hija waħda deskrittiva u, barra minn hekk, li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni m'għandhiex karattru distintiv.

____________