Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta' Novembru 2010 - Reber vs UASI - Klusmeier (Wolfgang Amadeus Mozart PREMIUM)

(Kawża T-530/10)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Reber Holding GmbH & Co. KG (Bad Reichenhall, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spuhler u M. Geitz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Anna Klusmeier (Bielefeld, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-14 ta' Settembru 2010, fil-Każ R 363/2008-4, u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-predeċessur fid-dritt ta' Anna Klusmeier.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "Wolfgang Amadeus Mozart PREMIUM" għal-prodotti fil-klassijiet 30 u 32.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti.

Trade marks jew sinjail invokati insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade marks figurattivi Ġermaniżi li jinkludu l-element verbali "W. Amadeus Mozart" għall-prodotti u s-servizzi li ġejjin: prodotti tal-ħobż, kejkijiet, ċikkulati u ħlewwiet, forniment ta' oġġetti fil-kuntest ta' kafejiet u ta' ħwienet tat-te.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.

Motivi invokati: ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 42(2) flimkien mal-Artikolu 42(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1, peress li d-dokumenti dwar l-użu prodotti mir-rikorrenti jikkostitwixxu indikazzjoni konkreta tal-forma ta' użu tat-trade mark invokata insostenn tal-oppożizzjoni "W. Amadeus Mozart", u ksur tal-Artikolu 15(1) u (2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, peress li ntwera li t-trade marks invokati insostenn tal-oppożizzjoni intużaw b'mod inekwivoku bħala trade marks.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja, ĠU L 78, p. 1