Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Diċembru 2007 - K & L Ruppert Stiftung vs L-UASI- Lopes de Almeida Cunha et (CORPO livre)

(Kawża T-86/05.)1

"Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva CORPO livre - Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali LIVRE - Prova dwar l-użu tat-trade marks preċedenti li ġiet ippreżentata tard"

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: K & L Ruppert Stiftung & Co. Handels-KG (Weilheim, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Spohn u A. Kockläuner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent.)

Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI: Natália Cristina Lopes de Almeida Cunha (Vila Nova de Gaia, il-Portugall); Cláudia Couto Simões (Vila Nova de Gaia); u Marly Lima Jatobá, (Vila Nova de Gaia)

Suġġett tal-kawża

Rikors kontra d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tas-7 ta' Diċembru 2004 (kawża R 328/2004-1) rigward proċedura ta' oppożizzjoni bejn, minn naħa, K & L Ruppert Stiftung & Co. Handels-KG u, min-naħa l-oħra, Natália Cristina Lopes de Almeida Cunha, Cláudia Couto Simões u Marly Lima Jatobá,

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Ir-rikorrenti, K & L Ruppert Stiftung & Co. Handels-KG, għandha tbati l-ispejjeż

____________

1 - ĠU C 155 tal-25.06.2005