Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 – Roca vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-412/10)1

“Kompetizzjoni − Akkordji − Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, Olandiż u Awstrijak tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju − Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE − Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezz u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva − Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur − Multi − Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 − Gravità tal-ksur – Ċirkustanzi attenwanti − Kriżi ekonomika − Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tal-2002 − Tnaqqis fl-ammont tal-multa − Valur miżjud sinjifikanti”

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Roca (Saint Ouen L’Aumone, Franza) (rappreżentant: P. Vidal Martínez, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn F. Castillo de la Torre, A. Antoniadis u F. Castilla Contreras, sussegwentement minn F. Castillo de la Torre, A. Antoniadis u F. Jimeno Fernández, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar il-Proċediment skont l-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39092 – Installazzjonijiet sanitarji [għall-kmamar tal-banju]), u talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti f’din id-deċiżjoni.DispożittivL-Artikolu 2(4)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar il-Proċediment skont l-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39092 – Installazzjonijiet sanitarji [għall-kmamar tal-banju]), huwa annullat sa fejn il-Kummissjoni Ewropea ffissat l-ammont tal-multa imposta in solidum fuq Roca mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni l-kooperazzjoni tagħha.L-ammont tal-multa imposta fuq Roca fl-Artikolu 2(4)(b) tad-deċiżjoni C (2010) 4185 finali huwa ta’ EUR 6 298 000.Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.Il-Kummissjoni għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, terz mill-ispejjeż ta’ Roca.Roca għandha tbati żewġ terzi mill-ispejjeż tagħha.