Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta' Lulju 2011 - Hemofarm vs UASI - Laboratorios Diafarm (HEMOFARM)

(Kawża T-411/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Hemofarm AD farmaceutsko-hemijska industrija Vršac (Vršac, is-Serbja) (rappreżentant: D. Cañadas Arcas)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Laboratorios Diafarm, SA (Barberá del Vallès, Spanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tissospendi l-proċeduri tar-rikors ippreżentat mir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-17 ta' Mejju 2011, sakemm il-UASI u t-tribunali tal-kummerċ Nru 4 u 8 ta' Barcelona jiddeċiedu dwar ir-rikorsi għal invalidità u għar-revoka minħabba nuqqas ta' użu;

fin-nuqqas ta' dan, tirrevedi, tannulla jew, skont il-każ, temenda d-Deċiżjoni R 0298/2010-4 tar-Raba' Bord tal-Appell f'dak li jikkonċerna l-prodotti inkwistjoni tal-klassi 5 sabiex tiċħad l-oppożizzjoni B 996 506 relatata ma' din il-klassi, b'mod li l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 4 504 049 HEMOFARM tar-rikorrenti tiġi aċċettata għall-prodotti kollha fil-klassi 5 u tkun tista' tiġi rreġistrata fil-klassijiet 5 u 35 mitluba.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali "HEMOFARM" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 35

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Laboratorios Diafarm, SA

Trade mark jew sinjal invokat: trade mark verbali Komunitarja u internazzjonali "HEMOFARM", għal prodotti fil-klassi 3 u 16 u trade marks verbali nazzjonali "HEMOPLANT" u "HEMONET" għal prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjlament milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1 peress li ma teżistix possibbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).