Language of document : ECLI:EU:T:2018:793


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tal-15 ta’ Novembru 2018 – Prosegur Compañía de Seguridad vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-406/11)

“Għajnuna mill-Istat – Dispożizzjonijiet dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji li jippermettu lill-impriżi fiskalment iddomiċiljati fi Spanja jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’kumpanniji fiskalment iddomiċiljati barra mill-pajjiż – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha – Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat – Selettività – Sistema ta’ riferiment – Deroga – Differenza fit-trattament – Ġustifikazzjoni tad-differenza fit-trattament – Impriżi benefiċjarji tal-miżura – Aspettattivi leġittimi”

1.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Natura selettiva tal-miżura – Miżura li tagħti vantaġġ fiskali – Qafas ta’ referenza sabiex tiġi ddeterminata l-eżistenza ta’ vantaġġ – Delimitazzjoni materjali – Kriterji – Eżistenza ta’ rabta bejn l-għan tal-miżura inkwsitjoni u dak tal-qafas ta’ referenza – Natura komparabbli tas-sitwazzjonijiet li jaqgħu taħt il-miżura inkwistjoni u dawk li jaqgħu taħt il-qafas ta’ referenza

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 50, 51, 85 sa 96)

2.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Natura selettiva tal-miżura – Miżura li tagħti vantaġġ fiskali – Miżura ta’ natura ġenerali applikabbli mingħajr distinzjoni għall-operaturi ekonomiċi kollha – Miżura mhux applikabbli għal operazzjonijiet komparabbli ma’ dawk li jikkundizzjonaw l-għoti tagħha – Miżura li tista’ tiġi kklassifikata bħala selettiva

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punt 72)

3.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Natura selettiva tal-miżura –Miżura li tagħti vantaġġ fiskali – Qafas ta’ referenza sabiex tiġi ddeterminata l-eżistenza ta’ vantaġġ – Delimitazzjoni materjali – Miżura li tikkostitwixxu l-qafas ta’ referenza tagħha stess – Kundizzjonijiet – Sistema fiskali kjarament iddelimitata, li tfittex għanijiet speċifiċi – Assenza – Natura sistematika u ġenerali tal-miżura

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 117 sa 121)

4.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Natura selettiva tal-miżura – Deroga mis-sistema fiskali ġenerali – Differenzazzjoni bejn impriżi li jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Paragun fid-dawl tal-għan imfittex mis-sistema fiskali komuni kollha kemm hi

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 133 sa 139)

5.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Natura selettiva tal-miżura – Deroga mis-sistema fiskali ġenerali – Ġustifikazzjoni bbażata fuq in-natura u l-istruttura tas-sistema – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Miżura li tipprevedi t-twettiq ta’ għan li jaqa’ taħt il-mekkaniżmi inerenti għas-sistema fiskali ġenerali – Natura xierqa – Portata tal-oneru probatorju

(Artikolu 107(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999)

(ara l-punti 156 sa 166, 180, 188, 189, 196, 202)

6.      Rikors għal annullament – Suġġett – Annullament parzjali – Kundizzjoni – Natura diviżibbli tad-dispożizzjonijiet ikkontestati – Kriterju oġġettiv – Kundizzjoni mhux sodisfatta – Inammissibbiltà

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punt 212)

7.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Evalwazzjoni fid-dawl tal-Artikolu 107(1) TFUE – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ prassi preċedenti – Esklużjoni

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 215, 242)

8.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Determinazzjoni tal-benefiċjarju tal-għajnuna – Tgawdija effettiva – Evalwazzjoni

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 231 sa 240)

9.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Evalwazzjoni fid-dawl tas-sitwazzjoni oġġettiva, indipendentement mill-aġir tal-istituzzjonijiet – Teħid inkunsiderazzjoni tal-imsemmi aġir fl-eżami tal-obbligu ta’ rkupru tal-għajnuna inkompatibbli – Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi

(Artikolu 107(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 14)

(ara l-punti 253 sa 267)

10.    Għajnuna mogħtija mill-Istati – Irkupru ta’ għajnuna illegali –Għajnuna mogħtija bi ksur tar-regoli proċedurali tal-Artikolu 108 TFUE – Aspettattivi leġittimi possibbli tal-benefiċjarji – Assenza ħlief għal ċirkustanzi eċċezzjonali – Aspettattivi leġittimi li joriġinaw minn assigurazzjonijiet speċifiċi, inkundizzjonali u konkordanti mogħtija mill-Kummissjoni – Publikazzjoni tad-deċiżjoni sabiex tinfetaħ il-proċedura formali ta’ investigazzjoni li ttemm dawn l-aspettattivi leġittimi

(Artikoli 107(1) TFUE u 108(3) TFUE)

(ara l-punti 269 sa 292)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikolu 1(1) u tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/282/UE tat-12 ta’ Jannar 2011 dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja (ĠU 2011, L 135, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Prosegur Compañía de Seguridad, SA għandha ssostni, minbarra l-ispejje tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.