Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali fit-12 ta’ Novembru 2013 – Gamesa Eólica vs UASI – Enercon (Sfumaturi ta’ aħdar)

(Kawża T-245/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Raġuni assoluta għal rifjut – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti fi sfumaturi ta’ aħdar – Karattru distintiv – Artikolu 7(1(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Mala fide – Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 – Artikolu 62 tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Gamesa Eólica, SL (Sarriguren, Spanja) (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri u A. Sanz Cerralbo, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Enercon GmbH (Aurich, il-Ġermanja)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta’ Marzu 2012 (Każ R 260/2011-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Gamesa Eólica, SL u Enercon GmbH.DispożittivId-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-1 ta’ Marzu 2012 (Każ R 260/2011-1), hija annullata.L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Gamesa Eólica, SL.