Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2014 – ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-70/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ u ZZ (rappreżentanti: D. de Abreu Caldas, M. de Abreu Caldas u J.-N. Louis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjonijiet relatati mat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni li japplikaw id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni ġodda (DĠI) tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011 u, sussidjarjament, il-kundanna tal-Kummissjoni sabiex tikkumpensa lir-rikorrenti għad-danni li rriżultaw minn żmien ta’ pproċessar eċċessivament twil tat-talba tagħhom għal trasferiment.Talbiet tar-rikorrentijannulla d-deċiżjonijiet li jikkalkolaw l-akkreditazzjoni tad-drittijiet għal pensjoni rispettivi tagħhom miksuba qabel id-dħul tagħhom fis-servizz tal-Kummissjoni. sussidjarjament, jikkundanna lill-Kummissjoni tikkumpensa lir-rikorrenti għad-dannu subit minħabba żbalji mwettqa li wasslu għal żmien ta’ pproċessar eċċessivament twil tat-talba tagħhom għal trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni.jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.